Ikompli l-ġbir ta' fondi għall-Puttinu Cares

Wara li nġabru €100,000 fil-mixja ta' karità, ikompli l-ġbir ta' fondi fuq Xarabank
 

Ilbieraħ matul il-mixja ta' karità - li minnhom inġabru €100,000 għall-Puttinu Cares
Ilbieraħ matul il-mixja ta' karità - li minnhom inġabru €100,000 għall-Puttinu Cares

Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira tul dawn l-aħħar 12-il sena saret tiġi assoċjata mal-mixja ta' karità mill-Mellieħa sal-Isla - li l-qligħ tagħha jmorru għal Puttinu Cares. Din is-sena 10,000 persuna ħadet sehem - fejn bid-donazzjoni ta €10 kulwieħed inġabru madwar €100,000 għall-grupp li jagħti appoġġ lill-pazjenti li jbatu mill-kanċer u lill-qraba tagħhom. Din is-sena kienet kien hemm rekord kemm fin-numru ta' nies li attendew, kif ukoll fl-ammont ta' flus li nġabar.

Intant, illejla jkompli l-ġbir ta' flus għal Puttinu Cares, permezz ta' maratona fuq il-programm Xarabank fuq TVM - fejn l-udjenza hija mħeġġa tagħti d-donazzjoni tagħhom. Is-sena l-oħra nġabru €515,000 matul il-ġbir ta' fondi li sar fuq l-istess programm.

 

More in Socjali