L-Arċisqof jibgħat messaġġ lill-Isqfijiet ta’ Garissa

Attakk fl-Università ta’ Garissa ħalla mill-inqas 147 persuna mejta

Attakk fl-Università ta’ Garissa ħalla mill-inqas 147 persuna mejta
Attakk fl-Università ta’ Garissa ħalla mill-inqas 147 persuna mejta

Wara l-attakk li seħħ ilbieraħ fil-Kenja, fejn grupp estremista Iżlamiku attakka l-Università ta' Garissa li ħalla 147 persuna mejta u 79 oħra midruba, l-Arċisqof ta' Malta Mons Charles Scicluna bagħat messaġġ ta' solidarjeta lill-Isqfijiet Paul Darmanin u Joseph Alessandro.

Dan hu l-messaġġ sħiħ ta’ Mons Scicluna.

Għeżież +Paul u +Joseph,

L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta' Malta. 

It-tieni, f'isem il-Knisja f'Malta, nixtieq nesprimi s-solidarjetà tagħna mal-poplu Kenjan u magħkom, wara t-traġedja ta' Garissa University College.

Il-Mulej isabbar il-qraba tal-vittmi innoċenti, u jrattab il-qalb kiefra tal-aggressuri u ta' min hemm warajhom. 

+ Charles    Arċisqof ta’ Malta   

More in Socjali