Il-pont tal-breakwater jerġa' jitkisser bil-maltemp

Inqalgħu planki tal-injam

Inqalagħu planki tal-injam
Inqalagħu planki tal-injam

Il-maltemp li għamel matul l-aħħar ġimagħtejn wassal biex il-pont tal-breakwater fil-port il-kbir reġa’ tkisser u jinsab magħluq kif jixhed dan ir-ritratt.

Jidher li l-ħsara wasslet biex inqalgħu planki tal-injam minn fuqu bil-baħar taħt jidher u għalhekk hu ta’ periklu li wieħed jimxi fuq il-pont. Hu mifhum li l-ħsara hi fl-istess post fejn kien issewwa s-sena l-oħra meta l-pont kien dam magħluq għal madwar ħames xhur.

Intant il-pont qed ikun mitfi u anke d-dwal tas-swar qed ikunu mitfija hekk kif ħafna dwal huma mkissra. Mhux magħruf jekk id-dwal tkissrux bl-istess maltemp jew b’vandaliżmu.

More in Socjali