Ħudu l-anzjani u tiżgumbrawx sodod

Multi sa 50,000 elf Lira Sterlina

Multi sa 50,000 elf Lira Sterlina
Multi sa 50,000 elf Lira Sterlina

Din hi d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-isptar Bournemouth fl-Ingilterra li qed jiffaċċja numru ta’ anzjani li qed jokkupaw numru ta’ sodod meta dawn m’għandhomx bżonn kura fl-isptar.

Jidher li l-amministrazzjoni qed thedded li anke tieħu azzjoni legali biex titfa’ lil dawn l-anzjani 'l barra hekk kif numru ta’ familjari ta’ dawn l-istess anzjani qed ifittxu kull skuża possibli biex iħallu lil qrabathom anzjani fl-isptar.

Minn riċerka li għamel l-istess sptar irriżulta li hemm minn ġab skużi fittizji biex iħalli l-anzjani tiegħu fl-isptar meta fir-realtà dawn marru ġimgħatejn vakanza fit-Turkija. Oħrajn ħallew l-anzjani bi skużi banali meta fil-fatt kienu qegħdin ibajjdu d-dar.

L-isptar qed jallega li l-ispiża biex dawn l-anzjani jitħallew l-isptar hi waħda sostanzjali filwaqt li qed jimblukkaw sodod li huma bżonjużi għal min verament għandu bżonn il-kura.

Kelliema għall-isptar qalet li huma lesti li jsolvu l-problemi bil-kelma t-tajba u fl-aħjar interess għall-anzjani iżda fejn ma’ jaslux, l-isptar lest li jipproċedi bil-qorti fejn jekk jinstab li l-qraba abbandunaw lill-għeżież tagħhom jistgħu jeħlu multi sa 50,000 elf Lira Sterlina.

More in Socjali