Jinstab katavru fi Triq is-Salib tal-Marsa

Fuq il-post hemm preżenza qawwija tal-Pulizija, fosthom l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra mit-Taqsima tal-Omiċidji

Ritratt: James Bianchi/Maltatoday
Ritratt: James Bianchi/Maltatoday

Katavru nstab ftit tal-ħin ilu fi Triq is-Salib tal-Marsa, fejn bħalissa għaddejja ħidma mill-Pulizija.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku, filwaqt li hemm preżenza qawwija ta’ uffiċjali.

Fost dawk li marru fuq il-post hemm l-Assistent Kummissarju Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra mit-Taqsima tal-Omiċidji.

S’issa għad m’hemmx informazzjoni uffiċjali dwar iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-mewt.

Aktar dettalji mistennija joħorġu hekk kif tavvanza l-investigazzjoni.

More in Qrati u Pulizija