Raġel iweġġa’ serjament wara waqgħa f’xaft fil-Gżira

Il-Brażiljan ta’ 30 sena waqa’ madwar sular u nofs f’xaft ta’ blokka appartamenti fi Triq Manuel De Vilhena

Raġel Brażiljan ta’ 30 sena weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular u nofs f’xaft ta’ blokka appartamenti fil-Gżira l-Erbgħa filgħodu.

Il-Pulizija ġew infurmati bl-inċident fi Triq Manuel De Vilhena għall-ħabta tas-6am.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lir-raġel.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija