Il-Pulizija qed tfittex l-għajnuna tal-pubbliku biex issib persuna f’investigazzjoni

Il-Pulizija qed titlob lill-pubbliku biex jipprovdi informazzjoni dwar persuna b’rabta ma’ każ li qiegħed jiġi investigat

Il-Pulizija kitbet fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, li qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab persuna b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab għaddejja.

Kull min għandu kwalunkwe tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa mitlub biex jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ Messenger, jew jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119, jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Meta jagħmlu kuntatt, il-pubbliku huwa mitlub jiġi kwotat in-numru ta’ każ 1/2026.

Il-Pulizija appellat għal kooperazzjoni mill-pubbliku, billi kull informazzjoni tista’ tkun ta’ għajnuna kbira fl-investigazzjoni.

More in Qrati u Pulizija