Persuna l-isptar wara aċċident ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija

Inċident f'Ħal Lija

Raġel weġġa’ wara li kien involut f’ħabta tat-traffiku li seħħet għall-ħabta tas-7.15 ta’ filgħaxija f’Ħal Lija.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn vettura tal-marka Volkswagen, li kienet misjuqa minn raġel, u karozza Hyundai li kienet qed tinstaq minn koppja.

Fuq il-post issejjaħ l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif ir-raġel li kien qed isuq il-Volkswagen spiċċa maqbud ġewwa l-vettura tiegħu. Huwa ġie meħlus minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, filwaqt li l-kundizzjoni tiegħu għadha qed tiġi evalwata.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u fetħu investigazzjoni biex jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi eżatti li wasslu għal dan l-inċident

 

More in Qrati u Pulizija