Raġel ta’ 41 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ, wara li ġarrab xokk u waqa’ f’gandott waqt li kien qed jaħdem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Pamla, fil-limiti ta’ Għajn Tuffieħa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. L-ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta biex jiġi stabbilit kif seħħ l-inċident.
L-investigazzjonijiet minn Pulizija flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol għadhom għaddejjin.