L-ispettur Kurt Zahra jispjega x’ġara fix-xena tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-ġuri tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u Carmel Chircop ikompli llum

More in Qrati u Pulizija
Il-ġuri tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u Carmel Chircop ikompli llum
Il-ġuri tal-aħwa Robert u Adrian Agius, magħrufa bħala l-aħwa ‘ Ta’ Maksar ‘, flimkien ma’ Jamie Vella u George Degiorgio, l-akkużati fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-avukat Carmel Chircop ħa jkompli llum.
Waqt il-ġuri, l-ispettur Kurt Zahra tal-Majur Crimes Unit ta rendikont tax-xena tad-delitt, fejn xi ħadd irrapporta l-karozza bomba. Aktar tard, il-kollegga tiegħu l-Ispettur James Grech infurmah li kienet Daphne Caruana Galizia.
Meta wasal fuq il-post, il-karozza ta’ Caruana Galizia kienet qed taqbad. Fuq il-post, huwa intaqa ma’ Nicholas Vella li tah informazzjoni kruċjali, speċjalment in-number plate tal-karozza QQZ 668.
Hu qal kif wara li eżamina ż-żona, sab biċċiet tal-karozza u kif ukoll partijiet tal-ġisem imxerdin, inkluż parti li skontu kienet biċċa minn sieq. Wara li ċċekkja n-number plate, ġiet ikkonfermata li l-karozza kienet irreġistrata fuq Daphne Caruana Galizia u ġiet ikkonfermata l-identita’ tal-vittma.
Fuq il-post, Zahra tkellem mat-tifel ta’ Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, li dan qallu li ommu kienet ħarġet sabiex tiġbor chequebook. Wara li din ħarġet, kien hemm splużjoni kbira, meta ħareġ barra ra karozza ssuq f’għalqa li kienet il-karozza t’ommu. Hu qal li l-karozza baqgħet ipparkjata l-lejl ta’ qabel l-inċident.
Aktar tard, kuntistabbli tal-pulizija eżaminaw iż-żona għall-iżjed evidenza u xhieda. Fost ix-xhieda kien hemm Frans Sant, li kien qed jimxi fid-direzzjoni opposta tal-karozza meta sema’ splużjoni kbira. Meta sema’ dan, huwa dar u ra mara tinkwieta fil-karozza qabel ma seħħet splużjoni ikbar u l-karozza sparat.
Kien hem xhud ieħor li kien t’għajnuna fil-każ, Carmel Sammut. Sammut kien jgħix naqra ‘l bogħod mix-xena imma setgħa jara kollox. Hu ra karozza żgħira bajda madwar il-ħin tal-isplużjoni. L-istess karozza qal li raha fid-9am, fin-12:30pm u 2:30pm.
Martu qalet li rat din il-karozza fis-2:30pm imma mhux fis-6:30 fejn il-karozza is-soltu tipparkja.
Wara li ġie żvellat dan, il-pulizija bdiet tinvestiga kumpaniji tal-karozzi tal-kiri sabiex jippruvaw jiddentifikaw karozzi bojjod żgħar li ġew mikrija riċentament.
It-tim tal-forensika kien qed jeżamina iż-żona fejn qalu li l-karozza kienet. Hemm hekk sabu sigaretti mgħormiha mal-art, li kellhom DNA taqbel mas-suspettat.
Il-kuntistabbli PC512 tkellem ma’ Matthew Caruana Galizia sabiex jinvestiga fejn maret bil-karozza qabel l-isplużjoni. Caruana Galizia kkonfermalu li jumejn qabel ommu maret għall-kafe’ n-Naxxar u minn hemm Matthew ħa l-karozza tas-Sliema sakemm ipparkjaha quddiem ir-residenza tagħhom.