Il-pulizija qed tfittex żagħżugħ ta' 21 sena b'rabta ma' investigazzjonijiet pendenti

Il-ġuvni ta' 21 sena qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin

Luke Cremona qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin. 

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija billi jċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 20/2024

Cremona, ta' 21 sena, m’hu xejn ġdid għall-awtoritajiet.

Fi Frar li għadda, ammetta li tefa’ filmat derogatorju ta’ spettur tal-pulizija fuq TikTok.

Aktar tard f'Ġunju, ġie akkużat li daħal fid-dar ta’ ommu u seraq diversi oġġetti. Il-qorti kienet semgħet ukoll kif Cremona imbutta lill-uffiċjal tal-probation tiegħu barra mill-karozza tagħha, seraqha u mbagħad abbandunaha.

More in Qrati u Pulizija