Kerrej li għadda minn attentat ta’ żgumbrament illegali, ġie rrifjutat darbtejn mill-pulizija biex jagħmel rapport minkejja l-kuntratti kollha li beda’ jurihom.
Il-unjin tal-ħaddiema u l-kerrejja, Solidarjetà, qalet it-Tlieta li l-membru tagħha Aleksandar Vukoje ġie mhedded min sid il-proprjetà wara li daħal b’mod illegali fl-appartament.
“Inħanxrek minn għonqok u narmik fit-tiolet,” instegħma jgħid irrabjat is-sid, meta Vukoje rrifjuta li jitlaq mill-post.
Filmat miġbud minn persuna fil-binja jidher s-sid jidaj, u verbalment jhedded lil persuni fil-binja waqt li jipprova jiżgumbrahom illegalment.
“Għandi l-ikbar villa fil-Madliena... imma illejla hawn niġi norqod, ara xjien ngidlek,” qal is-sid, “aqbad ħwejġek u itlaq.”
Meta l-kerrej qal li se jċempel lill-pulizija, is-sid dlonk wieġbu li hu ma jibżax mill-pulizija, anzi “jafhom kollha.”
Is-sid jinstema’ jhedded li jekk iċempel avukat se jgħabbih b’każ tant twil li jfallih minn ġidu. Qal ukoll li hu diġà għandu nies isegwuh, u li sid il-kera kien jaf b’kull mossa li jagħmel.
Ladarba waslu l-pulizija, li ssejħu minn Vukoje, l-ewwel tkellmu mas-sid, li sostna li l-kerrej kien qed joqgħod fil-proprjetà illegalment.
Malli Vukoje wera lill-pulizija li għandu kuntratt validu b’konferma mill-Awtorità tad-Djar, il-pulizija qalet li ma setgħu jagħmlu xejn ħlief li jekk jerġgħu jaqbdu lill-mistieden tiegħu fil-propjetà, jkeċċuhom it-tnejn.
Dan minkejja li l-pulizija m'għandhiex is-setgħa li tkeċċi kerrej bil-forza, irrispettivament miċ-ċirkostanzi, u tista' tiġi ordnata biss mill-qorti biex tagħmel dan.
Meta l-kerrej mar l-għassa tal-pulizija biex jagħmel rapport, sab lis-sid diġà hemm jagħti stqarrija u ntalab jistenna sakemm spiċċa.
Meta s-sid il-kera lesta, is-surġent qal lill-inkwilin li kien hemm żewġ modi kif jittratta s-sitwazzjoni - jew il-kerrej u s-sid jitkellmuha bejnithom, jew jeskalaha.
Solidarjetà spjegat li meta Vukoje qallu li xtaq teskalaha, din “irrabjat lis-surġent u hu qal lil Aleksandar biex imur id-dar.”
Il-unjin qalet li ġie rrifjutat l-opportunità li jippreżenta rapport jew jagħti dikjarazzjoni.
“Waqt li ħiereġ mill-għassa, is-surġent mexa wara Aleksandar u qallu li mhux se jibqa’ wisq iktar fil-proprjetà. Meta Aleksandar irritorna l-għassa l-għada, reġa’ ġie mċaħħad mill-opportunità li jippreżenta rapport mill-istess surġent u qallu biex jerġa’ lura nhar it-Tnejn.”
Wara l-inċident, is-sid tal-post waqaf is-servizz tal-elettriku u l-ilma.