Raġel ta’ 50 sena, bla saqaf fuq rasu u li bħalissa jgħix f’xelter, inżamm taħt arrest wara li hedded infermiera fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fil-Qorti instema’ kif ir-raġel, iffisha fuqha waqt li kien qed jiskonta piena ta’ ħabs.
Hija rrifjutat lill-eks priġunier, li wara xerred għidut mal-priġunieri li kellu relazzjoni sesswali magħha.
Meta ħareġ mill-ħabsa, huwa sab l-infermiera quddiem il-kanċell tal-ħabs u heddidha li se joqtolha.
Ftit jiem wara huwa ċempel il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u qal lill-kollegi tagħha li se joqtolha kif toħroġ mix-xogħol.
Il-Qorti semgħet kif l-akkużat m’għandux residenza fejn jgħix, u għamel xi ljieli jorqod f’xelters Għawdex.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-piena idonja għandha tkun ta’ piena ta’ ħabs effettiva bid-difiża ma toġġezzjonax.
Il-Maġistrat Abigail Critien ċaħdet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest tar-raġel, iżda se tkun qed tagħti s-sentenza f’Ġunju.