Il-proġett tad-db-ITS jingħata l-bozza l-ħadra, il-qorti tiċħad it-talba mill-ġdid tal-NGOs

Ir-reviżjoni kienet titlob li terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tat il-permess għall-iżvilupp tal-eks Istitut tal-Istudji Turistiċi f’kumpless li jinkludi lukanda, negozji u residenzi

Iċ-ċentru PKif inhu propost mid-db Group fuq is-sit tal-eks ITS f’Pembroke
Iċ-ċentru PKif inhu propost mid-db Group fuq is-sit tal-eks ITS f’Pembroke

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet it-talba għal kawża mill-ġdid tal-oġġezzjoni mressqa mill-NGOs kontra l-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ ta’ db Group fl-eks sit tal-ITS. Id-deċiżjoni ingħatat mill-Imħallef Lawrence Mintoff.

L-oġġezzjonanti, li jinkludu diversi NGOs ambjentali, u l-kunsilli lokali ta’ Pembroke u Swieqi kienu talbu reviżjoni ta’ żewġ deċiżjonijiet mogħtija mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti.

It-talba saret minħabba li l-permess għall-iżvilupp kien jinkludi l-eks Istitut tal-Istudji Turistiċi. Dan biex jiġi żvillupat f’kumpless ta’ lukanda, negozji u residenzi.

Żewġ appelli ġew sottomessi, wieħed minnhom kien ġie ppreżentat minn residenti u NGOs, fosthom Moviment Graffitti, Din L-Art Helwa u Friends of the Earth Malta kontra db group, l-ERA u l-PA, u t-tieni appell ippreżentat minn Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi flimkien mal-istess NGOs u residenti.

Għal db Group dehru l-avukati Stefano Filletti u Ian Stafrace. L-Avukat Claire Bonello assistiet lil Graffitti.

B’reazzjoni għad-deċiżjoni, db Group qal li ħass li kien "ivvendikat bis-sħiħ u bla dubju". Il-Grupp db qal li kien "sodisfatt ħafna” li waslu fit-tmiem ta’ dak li ddeskrivew bħala “proċess ta’ 8 snin ta’ skrutinju intens tal-midja, proċedurali u legali,” li rriżulta f’“validazzjoni definittiva li il-proġett tagħna huwa konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti, in-normi u l-prattiki tajba kollha stabbiliti. Sempliċiment, il-Grupp db ġie ivvindikat b’mod sħiħ u bla dubju.”

Intant, Moviment Graffitti sostnew li “għaqdiet u komunitajiet ser ikomplu l-ġlieda tagħhom kontra r-regħba tad-db” u saħqu li qed jikkunsidraw aktar toroq biex jiddefendu l-benessri residenzjali taż-żona.

Fi stqarrija fuq il-mezzi soċjali Moviment Graffiti qalu li “r-residenti ta' Pemborke diġà bdew iġarrbu l-arroganza tad-DB b'invażjoni kontinwa u bla rispett ta' trakkijiet u trabijiet. U sadanittant id-DB qed ikompli illegalment jaħtaf postijiet pubbliċi, bħal pereżempju l-pjazza tal-Mellieħa u x-xatt tal-Qawra, bil-barka tal-awtoritajiet.”

 

More in Qrati u Pulizija