Il-Ġimgħa, għall-ħabta tal-10:15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn uffiċċju fi Triq Stiefnu Żerafa, Ħal Għargħur.
Minn stħarriġ preliminari li sar, deher li żewġ persuni li kienu lebsin elmu protettiv u allegatament armati b’arma tan-nar, daħlu fl-uffiċċju u serqu ammont ta’ flus kontanti imbagħad ħarbu minn fuq il-post.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-allegat ħallelin.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.