Nhar l-Erbgħa, għall-ħabta tat-8:15am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imħazen, il-Furjana.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 55 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u kellu impatt ma’ propjetà privata.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.