Jiċħad li ħebb għal sieħbu b'ħadida

Raġel ikkawża ġrieħi ħfief lill-vittma talli qarraq bih fuq xiri ta' karozza, il-libertà proviżorja ġiet miċħuda

Raġel ġie mixli li ħebb għal sieħbu b'ħadida u pepper spray wara li allegatament qarraq bih fuq xiri ta' karozza.

Bernard Attard, ta' 32 sena miż-Żebbuġ tressaq quddiem il-Maġistart Charmaine Galea nhar l-Erbgħa fuq akkużi li weġġa' ħafif lill-vittma, kkaġuna aktar minn €250 f'danni lill-propjetà, kiser il-paċi pubblika u kiser il-kundizzjoni tal-libertà proviżorja ta' sentenza ħabs sospiża.  

L-ispettur John Sammut qal li l-vittma mar quddiem id-dar ta' Attard bil-pepper spray u akkużaħ li qarraq bih fuq xiri ta' karozza. Attard ħareġ b'ħadida f'idejh u kkawża ħsarat lill-vettura tal-vittma imbagħad ħebb għall-vittma u kkawżalu ġrieħi ħfief. Fil-qorti ntqal ukoll li l-vittma attakka u weġġa' ħafif lil missier Attard u se jitressaq quddiem il-qorti dwar dan fil-jiem li ġejjin. 

Sors qal li s-sitwazzjoni eskalat meta l-vittma sprejja l-pepper spray lil missier Attard. 

Attard wieġeb mhux ħati għall-akkużi. L-avukati talbu għal-libertà proviżorja li ġiet miċħuda. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat u qalet li Attard kien diġà jinsab fuq libertà proviżorja dak il-ħin tal-inċident, u minflok għażel iċempel lill-pulizija għażel li jħebb għalih b'ħadida. 

Il-qorti ordnat lil Attard jiffirma l-ktieb tal-pleġġ darbtejn fil-ġimgħa b'garanzija ta' €2,000 u €4,000 garanzija personali. Inħarġet ordni ta' protezzjoni favur l-allegata vittma.

L-avukati Herrera, Matthew Xuereb and Alexander Scerri Herrera assistew l-imputat.

More in Qrati u Pulizija