Żgħażugħ jispiċċa l-klinika wara li ġie aggredit ħdejn il-kampus tal-MCAST tal-Mosta

Il-Pulizija kkonfermat li ż-żgħażugħ sofra minn qatgħa kbira, għalhekk intbgħat il-klinika biex jiġi eżaminat. Intant il-Pulizija  qed tinvestiga l-każ

Żewġ żgħażagħ allegatament ippruvaw jisirqu żgħażugħ li kien fil-ġnien l-Għarusa tal-Mosta, viċin l-iskola tal-MCAST tal-Mosta.

Kelliem mill-Pulizija qal li għal ħabta ta' 12:00 żgħażugħ ġie avviċinat minn żewġ żgħażagħ (li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa) u ordnawh biex itihom l-basket bil-laptop iżda għal xi raġuni jew oħra spiċċaw ħarbu minn fuq il-post bil-vittma jittieħed il-klinika minħabba l-qatgħa kbira li sofra.

Il-Pulizija kkonfermat li se tkun qed tkellem il-vittma u tinvestiga l-każ minnufih.  

More in Qrati u Pulizija