Is-suspettat ewlieni fil-qtil ta' Eric Borg huwa Noel Azzopardi

Noel Azzopardi, raġel ta’ 40 sena, huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Eric Borg li seħħ fl-ewwel tas-sena fir-Rabat Triq Fidloqqom

Noel Azzopardi, raġel ta’ 40 sena, huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Eric Borg li seħħ fl-ewwel tas-sena fir-Rabat Triq Fidloqqom. 

Minn sorsi, ikkonfermaw li s-suspettat mar minn jeddu għand il-Pulizija wara li allegatament spara fuq Eric Borg ta’ 27 sena. 

Il-każ seħħ fl-ewwel tas-sena għall-ħabta tat-3:30 ta’ waranofsinhar  fi Triq il-Fidloqqom hekk kif allegatament seħħ argument bejn il-vittma u persuna u allegatament intużat arma tan-nar, fejn ġew sparati żewġ tiri.

Il-vittma tħalla mixħut fuq bankina, fejn xhieda fuq il-post ċemplu lill-Puliizja u tim mediku tal-ambulanzi.  Sfortunatament huwa kien ċertifikat mejjet fil-post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ħatret inkjesta maġisterjali. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.

More in Qrati u Pulizija