Eric Borg il-vittma tal-ewwel delitt tas-sena, Pulizija jarrestaw l-allegat aggressur

Eric Borg ta' 27 sena intlaqat minn żewġ tiri wara argument fir-Rabat 

Eric Borg huwa l-ewwel vittma tal-2024 kawża tal-isparatura (Ritratt: Facebook)
Eric Borg huwa l-ewwel vittma tal-2024 kawża tal-isparatura (Ritratt: Facebook)

Eric Borg ta' 26 sena inqatel wara argument li spiċċa fi sparatura, it-Tnejn waranofsinhar fi Triq Fidloqqom ir-Rabat. Huwa kien sewwieq tat-taxi. 

Għall-ħabta tat-3:28 pm, l-awtoritajiet ġew innotifikati li nstemgħu żewġ tiri, bix-xhieda fuq il-post jgħidu li kien hemm raġel mixħut mal-art. Huwa ġie ċċertifikat mejjet mill-infermiera.

Minnufih il-Pulizija waslu fuq il-post u wara operazzjoni ta’ tfittxija ta' tliet siegħat, ġie arrestat raġel li allegatament spara fuq il-vittma.

Il-Pulizija għalqu t-triq fejn seħħ id-delitt
Il-Pulizija għalqu t-triq fejn seħħ id-delitt

It-triq fil-viċinanzi tan-Nigret fir-Rabat ġiet magħluqa hekk kif il-pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet.

Il-Maġistrat Charmaine Galea qed tmexxi inkjesta.

Dan l-inċident jimmarka l-ewwel omiċidju tas-sena l-ġdida.

 

More in Qrati u Pulizija