Raġel mill-Uzbekikstan għandu jiġi deportat wara li ammetta fil-qorti li ffalsifika kuntratt ta’ kera biex japplika għal permess ta’ residenza.
Rakhmon Giyasitdinov ta’ 45 sena, residenti San Ġiljan, tressaq il-Qorti quddiem il-maġistrat Claire Stafrace Zammit mill-ispettur tal-pulizija Eman Hayman, fejn wieġeb ħati li għamel dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet u għamel użu minn dokument falsifikat.
Huwa nstab ħati fuq l-ammissjoni tiegħu stess. Il-Qorti ordnat id-deportazzjoni immedjata tiegħu, fid-dawl ta’ dan, ma ngħatax sentenza ta’ kustodja, minflok ġie kkundannat għal sena ħabs, sospiżi għal tnejn.
L-Avukat Mattia Felice assista lill-imputat.