Raġel isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Raġel residenti l-Qrendi ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn rriżulta li ġarrab ġrieħi f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun 

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Qrendi, għal xi tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun. 

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar.  

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.  

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Martin Farrugia li ordna li ssir inkjesta.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija