Ċiklist iweġġa' gravi wara daqqa ta' bieba tal-karozza

Żagħżugħ ta' 16-il sena ntbgħat l-Isptar Ġenerali t'Għawdex wara li ntlaqat minn bieba ta' karozza pparkjata

Żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti l-Għarb, Għawdex, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat,

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ kien qiegħed isuq rota u intlaqat minn bieba ta’ vettura pparkjata u li fiha kien hemm raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur, Għawdex.

Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Ġenerali t'Għawdex. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija