Ħaddiem imut wara li ġie attakkat minn barri

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li r-raġel ta' 54 sena, kien qed jaħdem fl-istess post fejn jinżammu l-annimali, meta ġie attakkat mill-barri.

Raġel ta’ 54 sena tilef ħajtu l-Ħamis filgħaxija, wara li kien attakkat minn barri.
Raġel ta’ 54 sena tilef ħajtu l-Ħamis filgħaxija, wara li kien attakkat minn barri.

Raġel ta’ 54 sena tilef ħajtu l-Ħamis filgħaxija, wara li kien attakkat minn barri.

Għall-ħabta tad-9pm, il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident f'razzett fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li Niġerjan ta' 54 sena, kien qed jaħdem fl-istess post fejn jinżammu l-annimali, meta ġie attakkat mill-barri.

Tim mediku assista lir-raġel u dan ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza. 

Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara. 

Il-Maġistrat Antonie Agius Bonniċi ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija