L-Assistent Avukat jgħid li mhux vera intilef il-mowbajl ta’ Keith Schembri

L-Assistent Avukat tal-Istat Maurizio Cordina qal li l-każ huwa mibni fuq premessa skorretta għaliex il-mowbajl ta’ Keith Schembri mhux mitluf

L-Assistent Avukat tal-Istat Maurizio Cordina qal li l-każ huwa mibni fuq premessa skorretta għaliex il-mowbajl ta’ Keith Schembri mhux mitluf.

Hekk kif dalgħodu saret l-ewwel seduta tal-kawża kostituzzjonali, is-Sur Imħallef Mark Simiana għandu joħroġ digriet fl-awli llum, wara li sema’ argumenti dwar it-talba ta’ Schembri biex dan il-każ jiġi ttrattat b’urġenza.

Dik it-talba waslet wara li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ressqet id-data tas-seduta li jmiss fil-kawża ta’ ħasil ta’ flus kontra Schembri u oħrajn għal Ġimgħa, għaxart ijiem qabel milli suppost. L-avukati ta’ Schembri qalu li din il-mossa kienet intenzjonata biex tfixkilhom.

L-avukati ta’ Schembri ressqu l-każ fis-6 ta’ Novembru fejn sostnew li nkiser id-dritt tal-klijent tagħhom għal smigħ xieraq u talbu t-tneħħija mill-evidenza ta’ mowbajl li, jgħidu, kien sparixxa għal diversi ġimgħat qabel ma tfaċċa f’fajl ieħor f’ każ separat.

L-ewwel li għamel is-sottomissjonijiet dalgħodu kien l-avukat Edward Gatt, li qed jirrappreżenta lil Schembri flimkien mal-avukat Mark Vassallo.

Gatt qal li għal dawn l-aħħar ġimgħat, kienu ilhom jistennew li l-Avukat Ġenerali jiddikjara formalment il-provi fil-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus magħluqa. F’dak il-punt il-qorti tal-Maġistrati jew tiddeċiedi jekk tagħtix sentenza bħala qorti tal-ġudikatura kriminali jew inkella tibgħatx l-atti tal-każ fil-Qorti Kriminali permezz tal-proċedura ta’ renvoi, qal Gatt.

L-avukat saħaq li l-avukat ġenerali informa lill-qorti li l-mowbajl kien nieqes mill-fajl wara li kienu xehdu l-aħħar xhieda fuq il-każ. 

Il-Prosekutur Antoine Agius Bonnici kien qal lill-Maġistrat Frendo Dimech li ma setax jagħlaq il-provi tiegħu minħabba li dan il-mowbajl ma setax jinstab.

Quddiem din id-dikjarazzjoni, il-qorti ħatret Keith Cutajar inħatar bħala espert biex jeżamina l-mowbajl u huwa xehed fil-11 ta’ Ottubru ikkonferma li wara l-eżaminazzjoni l-mowbajl ma kienx għadu fil-pussess tiegħu. 

Dan seħħ madwar xahar u nofs wara li l-Avukat Ġenerali kien indika li l-mowbajl kien mitluf, qal l-avukat, u żied li l-mowbajl kien għadu ma nstabx sal-ħin tas-seduta li jmiss. 

Gatt qal li kien osserva li fi proċeduri separati, kienet tressqet talba għall-esebizzjoni ta’ dan l-istess mowbajl f’dawk il-proċeduri filwaqt li sostna li l-kumpilazzjoni ta’ xhieda ta’ Schembri tkompliet waqt li għaddejja t-tfittxija għall-mowbajl. 

Is-seduta ġiet posposta, mhux aġġornata, u li l-maġistrat qalet li riedet tfittex l-apparat hija stess saħaq l-avukat. 

Gatt sosnta li minn telefonata ġie avżat li l-maġistrat sabet il-mowbajl hija stess, li skontu ma jħossx li huwa korrett il-mod informali kif dan ġie kkomunikat.

L-Imħallef Simiana staqsa jekk hemmx rabtiet bejn iż-żewġ kawżi għal li Gatt wieġeb iva hekk kif ħarġu mill-istess inkjesta maġisterjali, iżda t-telefonata ma kellha x’taqsam xejn. 

Gatt spjega li issa kien, fi stadju tard fil-proċeduri, iffaċċjat b’dilemma dwar jekk hux se jibni d-difiża tiegħu fuq dak li hemm jew fuq dak li ġie “imbagħbas.”

Gatt saħaq li hemm terzi persuni f’każijiet oħra li jidhru li jafu x’fih dan il-mowbajli waqt li qal lill-Qorti li se jkun qed jagħmel ukoll sottomissjonijiet dwar il-katina ta’ kustodja. 

Huwa kkontesta wkoll il-każ li tressaq biex jinstema’ il-Ġigħa mill-Qorti tal-Maġistrati, u sostna jistax ikollu seduta urġenti hekk kif kompla jgħid li numru ta’ individwi ġew infurmati biex jidhru għada. 

“Din is-sitwazzjoni nħolqot mill-maġistrat,” qal Gatt. "Din l-iskedar mill-ġdid seħħ minħabba li ppreżentajna dan il-każ kostituzzjonali."

Gatt argumenta li it-tpespis għandu jiġi indirizzat u li l-qorti trid tagħmel xogħolha billi titratta kwistjoni f’ħinha u f’waqtha u mhux tressaq is-seduta ‘l quddiem.

L-assistent Avukat tal-Istat Maurizio Cordina sostna li l-avukati ta’ Schembri kienu qed jimmanifatturaw skandlu fejn ma kienx hemm.

Cordina spjega li kien hemm żewġ inkjesti maġisterjali li kienu qabel il-kawża kriminali. Il-mowbajl ta’ Schembri kien parti mill-inkjesta li saret mill-Maġistrat ta’ dak iż-żmien Josette Demicoli dwar apparat elettroniku li ttieħdu waqt tfittxijiet li saru mill-FCID fl-2020. 

Cordina qal li l-mowbajl inkwistjoni kien prova f’dawk il-proċeduri. Huwa kompla jispjega kif l-estrazzjoni tad-data mill-mowbajl saret minn Dr Martin Bajada u l-espert l-ieħor imsemmi, Keith Cutajar, ma kellu l-ebda involviment f’dan il-każ.

Cordina rrimarka li ma kellu ebda kontroll fuq id-data tas-seduti u d-deċiżjoni kienet tal-maġistrat. 

Cordina sostna li l-każ ta’ ħasil ta’ flus fil-konfront ta’ Schembri kien miexi skont il-liġi u li m’hemm l-ebda urġenza jew riskju ta’ ħsara irreparabbli għaliex  l-evidenza hija kollha ppreservata.

Bonnici spjega li t-telefon oriġinali kien esebit fil-kawża kontra Alfio Schembri u oħrajn, li se tkompli għada.

Huwa spjega li ma setgħux isibu informazzjoni li turi f’liema każ kien esebit, li kien nieqes kienet in-nota verbali tal-qorti li tgħid f'liema fajl tal-kawża ġiet esebita.

L-espert inkwistjoni kien Martin Bajada, kompla Agius Bonnici. Bħala espert, huwa meħtieġ jesebixxi rapport li jispjega x’għamel, flimkien ma’ hard disk li jkun fih id-dejta estratta mill-apparati li jiġu esebiti darba biss.

L-Avukat Vanessa Grech, li tirrappreżenta lir-reġistratur tal-Qrati u Tribunali Kriminali Franklin Calleja, iċċarat li “ma kien hemm ebda żball amministrattiv, għax Keith Cutajar kien esebixxa l-irċevuta tal-apparati fil-kawża [Zenith] kontra Lorraine Falzon [u Matthew Pace.]”

Gatt talab lill-imħallef biex jagħti direzzjoni lill-partijiet, “għax la d-difiża u lanqas il-prosekuzzjoni ma kienu jafu x’inhi s-seduta ta’ għada.”

L-Imħallef ħabbar li se jkun qed joħroġ digriet dwar it-talba għal smigħ urġenti mill-awli aktar tard illum, li jaġġorna l-kawża għal eżami tar-risposta tal-akkużati għall-20 ta’ Novembru.

More in Qrati u Pulizija