Raġel wieġeb mhux ħati li fera lir-raġel ta’ oħt il-mara

Raġel, bla indirizz fiss, jinżamm Mount Carmel għall-kura wara li kkawża ġrieħi gravi lir-raġel ta’ oħt il-mara waqt argument 

Raġel ta’ 62 sena wieġeb li mhux ħati li weġġa’ lir-raġel ta’ oħt il-mara f’inċident li seħħ ix-xahar li għadda. 

Ir-raġel, li m’għandux indirizz fiss fejn joqgħod,  deher quddiem il-Maġistrat Abigail Critien l-Erbgħa, fejn ġie akkużat li kkawża ġrieħi gravi b’instrument ippuntat u li jaqta’ lil raġel ieħor, filwaqt li kien qiegħed iġorr fuqu sikkina mingħajr permess. 

L-Inspettur Roderick Attard spjega li fis-17 ta’ Ottubru, l-għassa tal-pulizija tal-Mosta irċeviet rapport li kien hemm ġlieda f’appartament. Uffiċċjali marru fuq il-post u skoprew li l-akkużat kien weġġa’ lir-raġel ta’ oħt il-mara. Il-ġrieħui kkawżati ġew ċċertifikati bħala ġrieħi ħfief. 

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi. Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, iżda minflok talbet li l-akkużat jinżamm Mount Carmel biex jirċievi l-kura meħtieġa. 

Il-persekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba. 

More in Qrati u Pulizija