Ġuvni jsofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn scaffolding

Ġuvni ta’ 18-il sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza f’Marsaxlokk

Ġuvni ta’ 18-il sena iweġġa’ wara li waqa’ madwar madwar sular u nofs minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, fi Triq Ġużeppi Grech, Marsaxlokk. 

Il-ħaddiem ingħata l-għajnuna guq il-post minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija