Raġel iġarrab ġrieħi gravi fil-Port Ħieles

Ir-raġel ta’ 58 sena ttieħed l-isptar għall-kura meħtieġa wara inċident bejn żewġ vetturi li jintużaw biex jinġarru containers fil-Port il-Ħieles fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs seħħ inċident bejn żewġ vetturi li jintużaw biex jinġarru containers fil-Port Ħieles, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u rriżulta li seħħet ħabta bejn dawn l-inġenji li kienu misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat u raġel ta’ 58 sena residenti Marsaskala. 

Ir-raġel ta’ 58 sena kien assistit minnufih mit-tim mediku tal-post kif ukoll mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ittieħed l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji. 

Ħatret inkjesta l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella mentri li l-Pulizja għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.

More in Qrati u Pulizija