Mara twaqqa' kull akkużi kontra Lilu King wara li taha apoloġija

Mara wara li saħħqet li laqtet daqqa f’wiċċha minn Mohamed Elmushraty, irtirat l-akkużi hekk kif ingħatat apoloġija fil-Qorti llum

L-akkużi kontra Mohamed Elmushraty,magħruf bħala l-Lilu King, miġjuba ‘quddiem il-Qorti, ġew irtirati l-Ħamis. 

Lilu King jinsab taħt kustodja wara li huwa mixli b’akkużi ta’ ħasil tal-flus, evazzjoni tat-taxxa u li wettaq reati kriminali. 

F’Ottubru 2022, inqala’ argument f’stabbiliment f’Portomaso fuq siġġu li wassal għal attakk fuq il-mara. Il-mara qalet lill-Pulizija li wara li reġgħet lura għal fejn kienet bilqegħda, issib lil Elmushraty minflokha. 

Fl-argument intaqlu’ xi kummenti dwar ir-reati kriminali li kellu x’jaqsam fihom Elmushraty, li wassluh biex jagħti daqqa f’wiċċ il-mara u kif ukoll ta daqqa ta’ ponn lil raġel. 

 Fil-Qorti il-Ħamis tħabbar li l-parte civile u id-defendent wasslu għall-ftehim. 

L-avukat Franco Debono stqarr li Elmushraty se jagħti apoloġija u wiegħed li ma jerġax idejjaqha fil-futur. B’riżultat ta’ dan il-mara irtirat l-akkużi kontra Elmushraty.

More in Qrati u Pulizija