Inċident tat-traffiku f'Misraħ Karlu Diacono fiż-Żejtun

Anzjana ta' 78 sena residenti ż-Żejtun ġarrbet ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku f’Misraħ Karlu Diacono fiż-Żejtun. 

Minn stħarriġ preleminari rriżulta li mara ta’ 78 sena residenti ż-Żejtun, intlaqtet minn Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien. 

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa. Il-mara ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarrbet ġrieħi serji. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech fetħet inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin l-investigazzjonjiet. 

More in Qrati u Pulizija