Fil-Qorti: jirrakkonta l-operazzjoni tas-salvataġġ li wasslet għas-sejbien tal-katavru ta' Sofia

“Ħajt dobblu li ma kienx ankrat sew kien diġa beda jiċċaqlaq bir-riħ, u kien hemm biċċiet qed iserrħu fuq kwart ta’ briska.”

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, kompliet tisma’ l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-iżviluppaturi, il-perita, il-kuntrattur u d-diretturi tal-kumpanija fil-każ tal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.

L-akkużati qed iwieġbu mhux ħatja għall-akkużi ta’ omiċidju involontarju, kif ukoll li kkaġunaw ġrieħi gravi lill-ħaddiema l-oħra li kienu fuq is-sit waqt l-inċident, fost akkużi oħra.

Hi semgħet kif Uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili użat drones u klieb, b’sogru li l-bqijja tal-istruttura tikkollassa wkoll, waqt sforzi sabiex jinstab Sofia fost it-terrapien tas-sit tal-kostruzzjoni.

Huwa miet fuq is-sit lura fit-13 ta’ Diċembru tal-2022, fl-età ta’ 20 sena, meta struttura ta’ tliet sulari ġġarfet għal fuqu. Ħames irġiel oħra ġew salvati mit-terrapien minn Uffiċċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Peter Paul Coleiro, id-direttur tad-Dipartiment, ta rendikont tal-operazzjoni ta’ salvataġġ li wasslet sabiex instab il-katavru ta’ Sofia. Hu spjega kif fil-bidu kien maħsub li hemm biss erba’ persuni taħt it-terrapien. L-aħħar wieħed kien partikolarjament ta’ sfida, minħabba li seta’ jaqa’ sular ieħor kieku kkollassa s-saqaf tal-kantina, speċjalment meta wieħed iqis il-piż tal-Uffiċċjali.

“Fl-istess ħin, konna qed niprovaw nindagaw fuq min kien hemm. Il-foreman ma kienx qed ikun ċar, beda jagħti numri li ma jagħmlux sens, għalkemm forsi kien taħt xokk. Kull tant beda jgħidli li hemm erba’ persuni, kultant ħamsa, ma stajnhiex noqgħodu fuqu.”

Madankollu, l-aħħar persuna li kien salvat qal lill-Pulizija li kien hemm persuna oħra fl-istruttura meta din ċediet. “Qalilna li kien ħdejh ftit minuti qabel ċeda l-bini.”

Minn din l-informazzjoni, il-klieb reġgħu ittieħdu fuq is-sit, kif ukoll apparat ta’ smigħ sensittiv bit-tama li jaqbad ħsejjes li jkun qed jagħmel min kien hemm mirdum, u jkunu jistgħu isibuh.

Coleiro spjega kif il-kelb ta indikazzjoni, iżda ma kienx qed ikun ċar, għax hu mdorri jfittex għal persuni li jkunu għadhom ħajjin. Fl-istess waqt, il-Pulizija fetħu l-vann ta’ Sofia, li kkonfermaw li hu tiegħu mill-kartiera li kienet għadha fil-vann, li wasslet għal konklużjoni li dan kien għadu fiż-żona.

L-Uffiċjali imbagħad neħħew il-bqijja tas-saqaf, imbagħad daħħlu drones mit-twieqi sabiex jiċċekkjaw kull sular.

Esperti kkonsultaw magħhom u spjegaw li l-bqijja tal-istruttura setgħet iċċedi wkoll. “Il-messaġġ tagħhom kien li tant kienet instabbli li ma stajnhiex naċċessewha b’mod sigur, u lanqas ma stajna nwaqqaf il-bqijja aħna,” żied Coleiro.

Ħajt dobblu li li ma kienx ankrat sew kien diġa beda jiċċaqlaq bir-riħ, li kompla jżid mas-sogru li kienu qed jieħdu l-Uffiċċjali. “Kien hemm biċċiet qed iserrħu fuq kwart ta’ briska.”

“Kien hemm ħafna fatturi, u li wieħed iħaffer bl-addoċċ iġib is-sogru li min hu maqbud taħt u għadu ħaj jista’ jitgħaffeġ. Meta ma tafx fejn hu l-vittma, trid tqis kull ġebla li tneħħi, għax jista’ jkun taħtha. Għamilna passaġġ għaż-żona fejn ħsibna li kien il-vittma.”

Ma nżul ix-xemx, l-operazzjoni kienet għadha għaddejja, bil-preżunzjoni li l-vittma jista’ jkun għadu ħaj, allura kellhom jaħdmu aktar bilmod.

Bejn wieħed u ieħor tliet metri bogħod mill-qalba tal-binja, l-aħħar saqaf ġie mneħħi, u ntlemaħ ġisem fil-kantina ta’ taħtu qalb it-terrapien.

“Uffiċċjal niżel l-ewwel, u rrapporta li dan kien mejjet. Warajh segwa tabib, li kkonferma dan. Il-ġenituri tiegħu kienu mitluba jidentifikaw l-identità tiegħu.

Kundistabbli tal-Pulizija li pparteċipa fit-tfittxija tar-residenza tal-perita ta x-xhieda tiegħu wara, flimkien m’esperti tal-Qorti. Mir-residenza ittieħdu numru ta’ dokumenti u apparat elettoriku. “Staqsiet għal avukat iżda ddeċidiet biex ma ċċempillux.”

Meta mistoqsi mill-avukat tad-difiża, hu kkonferma li l-perita kienet infurmata mid-dritt għall-avukat, u ingħatat numru ta’ wieħed, iżda għażlet li ma ċċempillux.

Il-każ ikompli x-xahar id-dieħel.

L-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri qed imexxu l-prosekuzzjoni, filwaqt lil l-avukati Franco Debono, Steven Tonna Lowell u Timothy Bartolo qed jidhru għall-akkużati.

L-avukati Joe Giglio u David Bonello qed jidhru għan-nom tal-familja Sofia.

Cross-examined by Stephen Tonna Lowell, he affirmed that the suspect had been informed of her right to speak to a lawyer and was then given a phone number for a lawyer, but she had refused to call him. The lawyer suggested that the court appointed experts had been speaking to Zammit at the time, but the witness was unable to recall. 

The case continues next month.

Police Inspector Paul Camilleri is prosecuting, together with Inspector Antonello Magri.

Lawyers Joe Giglio and David Bonello are assisting the Sofia family.

Lawyers Franco Debono, Steven Tonna Lowell and Timothy Bartolo appeared for the defendants.

More in Qrati u Pulizija