
Erbgħa l-Qorti b'rabta ma' sejba ta' 15-il kilogramma kokaina
Huwa stmat li l-valur tagħha huwa ta' €2 miljun

More in Qrati u Pulizija
Huwa stmat li l-valur tagħha huwa ta' €2 miljun
Erba’ rġiel ġew imressqa l-Qorti b’konnessjoni ma’ tfittxijiet mill-Pulizija fejn instabu 15-il kilogramma ta’ kokaina stmata li tiswa €2 miljun.
L-akkużati, raġel ta’ 43 sena minn San Ġwann, raġel ta’ 37 mill-Furjana, u tnejn oħra ta’ 31 u 33 sena minn Katanja, tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ konfoffa ta’ traffikar ta’ kokaina, li qasmuha, kif ukoll pussess aggravat tad-droga.
L-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u Johnathan Pace qalu quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello kif fit-12 ta’ Settembru, il-Pulizija kienet qed tosserva proprjeta f’Buġibba, meta kienet avżata li kienet se ssir transazzjoni li tinvolvi d-droga.
Il-mutur ta’ wieħed mill-akkużati ntlemaħ jieqaf ħdejn karozza tal-għamla Fiat, bi pjanċi Taljani, u l-Pulizija raw basket jgħaddi għall-karozza. Il-Pulizija arrestaw lill-irġiel, u sabu ħames kilogrammi ta’ kokaina. Aktar kokaina nstabet fil-garaxx ta’ wieħed minnhom, f’San Pawl il-Baħar.
5kg cocaine in the bag. More cocaine was discovered in a garage connected to one of the men.
Tfittxija relatata f’residenza l-Gżira wasslet għall-arrest ta’ żewġ irġiel Maltin oħra, kif ukoll erba’ rġiel Taljani.
A subsequent, related, search conducted at a residence in Gzira had resulted in the arrests of two.
Tliet irġiel Maltin kienu arrestati aktar tard, wara operazzjoni fil-Ħamrun u Ħal Qormi, li wasslet sabiex il-Pulizija sabet aktar kokaina u eroina.
Wieħed mill-akkużati, li jaħdem ma’ kumpanija tal-farmaċewtika, irrappreżentat mill-avukat Edmund Cuschieri, wieġeb mhux ħati u għamel talba għall-ħelsien mill-arrest. Din it-talba kienet miċħuda għalhiex il-Qorti ma kinitx sodisfatta li dan m’huhiex se jinterrompi l-investigazzjonijiet jew javviċina x-xhieda.
Għamel ukoll talba sabiex jinżamm fit-Taqsima Forensika, iżda l-Qorti saħqet li hija f’idejn l-awtoritajiet tal-ħabs sabiex jeżaminawh u jiddeċiedu fejn għandu jinżamm.
Wieħed mill-akkużati Siċijani, rappreżentat mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri, ukoll wieġeb mhux ħati, iżda m’għamilx talba għall-ħelsien mill-arrest. Is-Siċiljan l-ieħor, rappreżentat mill-avukat Stefano Filletti, wieġeb l-istess. Dawn kienu arrestati waqt li kienu fil-karozza tat-tip Fiat.
Ir-raba’ akkużat, ta’ 37 mill-Furjana, kien qed isuq il-mutur. Meta ra l-Pulizija ġejjin, huwa prova jaħrab, iżda ħabat ma’ vettura tal-Pulizija. Huwa abbanduna l-mutur u ħarab minn fuq il-post, iżda ġie arrestat ftit wara fid-dar tat-tfajla tiegħu.
Apparti l-akkużi li ssemmew qabel, qed ikun akkużat b’sewqan perikoluż, u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża kif ukoll tal-ħelsien mill-arrest. L-avukat Kathleen Calleja Grima, li qed tidher għan-nom tiegħu, wieġbet li mhux ħati.
L-assi tal-akkużati kollha ġew iffriżati mill-Qorti.