Il-Qorti tiċħad numru ta' talbiet ta' Joseph Muscat u Repubblika dwar l-inkjesta tal-Vitals

It-talba ta' Muscat saret f'Mejju li għadda, fejn kien talab lill-Qorti biex tiddikjara l-liġi li ntużat biex infetħet l-inkjesta Maġisterjali kienet waħda li tmur kontra d-dritt ta' Muscat għal smigħ ġust. Dan hekk kif skontu, kien hemm distinzjoni bejn individwi suspettati fil-bidu tal-inkjesta, u persuni oħra li ġew meqjusa suspettati hekk kif kompliet għaddejja l-istess inkjesta

Il-Qorti ċaħdet talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, liema talba setgħet twaqqaf l-inkjesta Maġisterjali li għaddejja fil-każ tal-ftehim ta' Vitals, filwaqt li talba tal-għaqda Repubblika ġiet miċħuda wkoll, sabiex ikunu jistgħu isegwu din il-kawża.

It-talba ta' Muscat saret f'Mejju li għadda, fejn kien talab lill-Qorti biex tiddikjara l-liġi li ntużat biex infetħet l-inkjesta Maġisterjali kienet waħda li tmur kontra d-dritt ta' Muscat għal smigħ ġust. Dan hekk kif skontu, kien hemm distinzjoni bejn individwi suspettati fil-bidu tal-inkjesta, u persuni oħra li ġew meqjusa suspettati hekk kif kompliet għaddejja l-istess inkjesta.

Apparti dan, il-Qorti ċaħdet talba oħra ta' Muscat li l-Maġistrat Gabriella Vella tirrikuża ruħha mill-istess inkjesta. Huwa kien stqarr li membri tal-familja tal-Maġistrat Vella tkellmu fuq il-midja soċjali fejn appoġġjaw protesta tal-għaqda Repubblika, u għalhekk, skont Muscat, il-Maġistrat mhix imparzjali. L-Imħallef Doreen Clarke irrifjutat it-talba ta' Muscat ukoll li l-każ jinstema' b'urġenza.

Intant, Repubblika kienet talbet sabiex tkun tista' ssir parti minn dan il-każ, hekk kif innutat li kienet hi li sejħet sabiex tinfetaħ din l-inkjesta, iżda l-Imħallef Doreen Clarke irrifjutat din it-talba wkoll. 

More in Qrati u Pulizija