'Tistgħu tbusuli l-parti tiegħi' Abner Aquilina jidħaq waqt li jisma' x-xhieda fil-Qorti

Priġunier kixef lil Aquilina li qad jiftaħar li qatel lil Dembska u li ċarrtilha l-parti tagħha biex jistupraha 

Avviż: Dan l-artiklu għandu dettalji grafiċi 

"Tistgħu tbusuli l-parti tiegħi." Hekk qal l-allegat qattiel Abner Aquilina lill-Pulizija waqt tfittxija fiċ-ċella tiegħu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Dan intqal illum waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-kontront ta' Aquilina, li qed jiġi akkużat bil-qtil u stupru tal-Pollakka Paulina Dembska. 

F'din ix-xhieda ntqal illi l-Ispettur Jonathan Ransley, f'Jannar tal-2023, ġie avviċinat minn Pulizija ieħor hekk kif priġunier fit-taqsima forensika ried jitkellem fuq Aquilina. Huwa sostna li din l-informazzjoni kien se jgħaddiha biex ma jkollu xejn fuq il-kuxenza u mhux bi skambju għal xi pjaċir. 

Dan il-priġunier qal illi Aquilina kien jiftaħar li qatel lil Dembska, tant li kien jidħol fid-dettal ta' kif qatilha u kif ċartilha l-parti privata tagħha biċ-ċavetta tal-mutur qabel ma stupraha, fl-ewwel jum tas-sena 2022. Il-priġunier qal illi huwa kien għamlilha hekk biex ikun jista' jdaħħal il-parti tiegħu bid-demm. 

Huwa kompla jgħid illi l-akkużat kien tefalu l-ħmieġ fiz-zokkor u li kien joqħgod jimmastruba għall-Pollakka. Tajjeb li nsemmu wkoll li Aquilina irrefera għall-Paulina b'mod dispreġġjattiv, kemm meta jkun qed jimmastruba, kif ukoll fil-kitbiet tiegħu. 

Għaldaqstant il-Pulizija għamlu tfittxija fiċ-ċella u sabu flokk bi kliem dispreġġattiv. Spettur ieħor xehed illi Abner kien qal li setgħu ibusulu l-parti privata tiegħu filwaqt li neża'. Qalilhom ukoll li setgħu jieħdu lill-parti tiegħu bħala evidenza għaliex kien fil-parti tagħha. Instab ukoll djarju, li fih kien hemm miktub "l-Avventuri ta' Abner fil-Forensics Ward" b'dettalji dwar l-omiċidju. 

Skont priġunieri oħra, Aquilina saħansitra hedded li joqtol lil ommu u lill-avukat tiegħu. 

Ta' min jgħid illi Aquilina, waqt li beda jingħad dan kollu beda jidħaq, tant li l-Prosekuzzjoni għamlet talba lill-Qorti biex issiktu. Madankollu kien l-avukat tiegħu stess illi qal, "xi tridu jagħmel jekk dan miġnun skont ċertifikati ta' tliet psikjatri?" 

Intant l-avukat difensur talab biex jerġa' jiddaħħal l-Ispar Mnte Karmel biex jingħata l-kura, hekk kif meta kien qiegħed hemm l-imġieba tiegħu kienet ħafna aħjar. Huwa qal illi f'dan il-każ, il-veru dulur tas-soċjetà ma kienu ħadd ħlief l-ommijiet: Tal-vittma u tal-akkużat. 

Il-kumpilazzjoni se tkompli fid-29 ta' Marzu. 

More in Qrati u Pulizija