Jirrifjuta li jixhed kontra raġel akkużat li attakkah b'pala waqt argument

L-istess raġel qed ikun akkużat ukoll b'attentat ta' qtil...

Raġel li intlaqat minn pala waqt argument li seħħ fil-Marsa s-sena l-oħra rrifjuta li jixhed kontra l-allegat aggressur tiegħu. Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aggressur ta' ċittadinanza Libjana kompliet dalgħodu bit-tieni vittma tiegħu jittella biex jixhed. Ir-raġel qed ikun akkużat - fost reati oħrajn - b'attentat ta' qtil ta' raġel Sirjan, li allegatament attakka b'ħadida. Il-vittma intlaqat f'rasu, saqajh u jdejh bil-konsegwenza li wara l-attakk għamel 14-il jum l-isptar. Dan apparti li insteraqlu l-mowbajl u €60 fi flus kontanti. 

Raġel ieħor li waqt seduta preċedenti intqal minn espert li saħansitra sofra minn ġrieħi f'rasu rrifjuta li jagħti x-xhieda tiegħu meta kien mgħajjat illum. 

Il-każ se jkompli jinstema' fi Frar.

More in Qrati u Pulizija