Jinżamm arrestat wara li hedded, ġera wara u attakka bi flixkun imkisser lill-eks sieħba tiegħu

L-akkużat kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ġew imposti fuqu meta kkawża ħsarat lill-vann tal-vittma

Raġel ta' 33 sena jinżamm arrestat bl-akkuża li weġġa' gravi lill-eks sieħba tiegħu bi flixkun imkisser. Filwaqt li l-akkużat u l-vittma kellhom relazzjoni intima huma temmew ir-relazzjoni. L-akkużat ipprova jikkuntattja l-vittma u beda jsegwi l-movimenti tagħha bil-karozza. Xieda spjegaw li l-grieħi tal-mara ġew ikkawżati meta bdiet tagħti l-fjuwil lill-karozza, fir-Rabat. Minħabba l-attakk, il-mara sofriet minn tiċrit fil-ġilda u subgħa miksur. 

Is-Sirjan, residenti Raħal Ġdid, deher quddiem il-Qorti kmieni dalgħodu akkużat li ikkawżalha ġrieħi gravi, ġiet soġġetta għall-vjolenza morali, li taha fastidju u li beda isus warajha.

Dan filwaqt li ġie akkużat ukoll li attakka, abbuża fiżikament u hedded lill-eks sieħba tiegħu, kiser il-paċi u kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ġew imponuti fuqu f'Ġunju li għadda meta ikkwawża ħsarat lil vann tal-vittma stess. 

L-akkużat ċaħad l-akkuż kontrih iżda l-avukat tiegħu ma talabx għall-ħelsien mill-arrest. 

More in Qrati u Pulizija