Illum waranofsinhar, raġel ta' 49 sena ġie midrub, bl-aggressur jaħrab minn fuq il-post. L-inċident seħħ ġewwa farmhouse f'Wied Ħażrum, fil-limiti bejn Ħad-Dingli u l-Imtaħleb.
Il-Kelliem tal-pulizija, Brandon Pisani, spjega kif il-vittma intlaqat f'dahru. Qal ukoll li r-relazzjoni bejn l-aggressur u l-vittma għadha ma ġietx identifikata iżda l-vittma jgħix fl-istess residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti lill-vittma u minn hemm ġie trasportat għall-isptar Mater Dei.
Il-Pulizija marret ukoll fiż-żona biex tibda' t-tfittxija għall-aggressur li jaf għadu armat.
Aktar informazzjoni dwar dan il-każ fil-ħin għadha trid tingħatha iżda l-pulizija tal-forensika għadhom fuq il-post.