'Tpinġija jew leħja ma tiddeterminax il-kwalità ta' persuna'... Daqshekk projbizzjoni fuq il-Korp tal-Pulizija

Tpinġija espliċita, vulgari, diskriminatorja jew marbuta ma' politika huma projbiti 

Ftit mumenti ilu l-Ministru għall-Affarjiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri ħabbar li daħlet policy ġdida li fiha l-Korp tal-Pulizija ma jkunux projbiti milli jkollhom tpenġija u/jew leħja. Fi stqarrija fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, Camilleri saħaq li tpinġija u leħja ma tiddeterminax il-kwalitajiet ta' persuna u persuna għandha tiġi iġġudikata fuq ix-xogħol u l-professjonalità tagħha.

Kien għalhekk li daħlet din il-policy, "biex tirregola b'mod aktar modern tpinġija tal-uffiċjal tal-Pulizija".

Din il-policy tapplika kemm għall-membri preżenti kif ukoll għal dawk li huma mħajjra japplikaw f'sejħa li hi miftuħa. 

Minkejja l-policy l-ġdida għad hemm xi projbizzjonijiet. X'inhuma? 

  • Tpinġija mal-wiċċ, l-għonq u l-pala tal-id, ħlief għal raġunijiet mediċi. 
  • Tpinġija espliċita, vulgari, diskriminatorja jew marbuta ma' politika.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' leħja ma ngħataw l-ebda dettalji mill-Ministru Camilleri, sa' issa.

X'qalet il-Malta Police Union? 

Intant b'reazzjoni għal din l-istqarrija, il-Malta Police Union saħqet li tinsab sodisfatta u kuntenta li l-policy se tidħol fis-seħħ u t-tpinġija se tiġi regolata. L-unijn, filwaqt li talbet biex l-uffiċjali jimxu ma' din il-policy, tinsab kuntenta li t-tpinġija permezz ta' din il-miżura, m'għadiex titqies bħala 'taboo'. 

More in Qrati u Pulizija