Neħħa l-flokk, qabad flixkun minn mejda u ta daqqa lil persuna li kienet f'ristorant f'Paceville

Is-smigħ ikollu jieqaf ħesrem minħabba li l-akkużat kellu wġigħ f'sidru u idejh...

Sid ta' ristorant iddeskriva x-xena meta hu u impjegat tiegħu kellhom jintervjenu biex ineħħu l-arma minn idejn raġel li attakka lil persuni li kienu qed jieklu fir-ristorant tiegħu f'Paceville l-ġimgħa l-oħra

Il-Maġistrat Ian Farrugia kompla jisma' xhieda fil-kumpliazzjoni kontra r-raġel ta' 38 sena - ta' nazzjonalità Spanjola iżda s-smigħ kellu jieqaf ħesrem minħabba li l-akkużat beda jħoss uġigħ f'idejh u f'sidru. 

Is-sid spjega kif hu kien qed jieħu ħsieb lill-klijenti meta ra persuna ddejjaq lill-klijenti. Malli indunaw li kien hemm xi ħaġa mhux f'postha ċemplu lill-pulizija. L-akkużat neħħa l-flokk, qabad flixkun minn mejda u mar bilqiegħda fit-triq, sakemm ftit wara ġera wara klijent u tah daqqa bil-flixkun. 

L-akkużat għamel ukoll ħsara lil żewġ karozzi, sakemm reġa' daħal fir-ristorant qabad sikkina u beda jhedded lill-klijenti. 

Aktar nies weġġgħu f'dan l-inċident. 

Persuna li kienet għaddejja minn ħdejn ir-ristorant qalet illi hija kienet qegħda timxi bil-kelb tagħha meta nnutat li kien hemm bħal ġlieda barra r-ristorant u raġel bla flokk riesaq lejn il-karozzi u jiġġieled man-nies. 

Il-mara xehdet kif f'ħin minnhom ratu se jaqbad mixi lejha f'liema punt daħlet tiġri f'darha u sakkret. 

Il-Qorti ddeċidiet li kien hemm evidenza biżżejjed biex l-akkużat jitpoġġa taħt Att ta' Akkuża. 

Il-każ ikompli jistema' f'Lulju, L-Ispettur Jean Paul Attard qed imexxi l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat David Bonello huwa l-avukat difensur u Natalino Caruana De Brincat qed jidher parte civile għas-sid. 

 

More in Qrati u Pulizija