Żagħżugħ ta' 22 sena prova jaħrab minn Malta permezz ta' ajruplan bil-card ta' Tallinja

Huwa prova jaħrab waqt li kien immanetjat u ikkawża ħsarat fuq proprjetà tal-ajruport 

Żagħżugħ ta' 22 sena mis-Somalja tressaq il-Qorti hekk kif ilbieraħ provja jitla' fuq ajruplan bil-card ta' Tallinja, inqabad f'żona ristretta fl-ajruport, ħarab mill-kustodja tal-Pulizija, ikkawża ħsarat fuq proprjetà tal-ajruport u ma obdiex ordnijiet tal-Pulizija. Meta nqabad mill-Uffiċjali tal-Pulizija, huwa ġie arrestat u immanetjawh ma' bank iżda dan ipprova jaħrab. Kawża ta' hekk, wassal biex għamel €100 fi ħsarat ta' fuq il-bank.  Dan apparti li meta bdew ikellmuh il-Pulizija ma ikkooperax u tahom informazzjoni falza. 

Quddiem il-Maġistrat maħtura fuq dan il-każ, iż-żagħżugħ saħaq li mhux ħati u għalhekk għadu taħt il-kustodja tal-Pulizija. 

More in Qrati u Pulizija