Raġel ta' 34 sena ingħata piena ta' sentejn priġunerija sospiżi għal tliet snin wara li ammetta illi ħaraq karozza tat-tip BMW fl-Imsida ix-xahar li għadda.
L-akkużat - li huwa Tork imma jgħix f'Ħal Luqa - ammetta l-ħtija bl-Avukati tiegħu Alfred Abela u Rene Darmanin jgħidu illi dan kien "każ ta' darba", li l-akkużat ikkoopera mal-pulizija u li għandu kondotta nadifa.
L-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Jonathan Ransley - li mexxew il-Prosekuzzjoni - ikkonfermaw li l-akkużat kien ikkoopera mal-pulizija u li kellu kondotta nadifa wkoll. Qalu wkoll li hu ammetta l-ħtija, minkejja li kien ġie informat illi jista' jeħel minn sentejn sa erba' snin priġunerija.