Raġel ta' 87 sena bi ġrieħi serji wara li waqa' f'taraġ ta' residenza

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin 

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li raġel iddaħħal l-Isptar wara li kellu inċident f'residenza. Wara li l-Pulizija marret fuq il-post, mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel ta' 87 sena waqa' t-taraġ ta' residenza li tinsab fi Triq il-Qasam, is-Swieqi. 

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija