Aġġornata | Żammha kontra l-volontà tagħha u stupraha diversi drabi

Abner Aquilina jittella' l-Qorti llejla u jiġi akkużat bl-omiċidju u l-istupru ta' Paulina Dembska

Abner Aquilina
Abner Aquilina

Abner Aquilina ttella' l-Qorti fejn kien akkużat bl-omiċidju u bl-istupru ta' Paulina Dembska li seħħ nhar il-Ħadd 2 ta' Jannar kmieni filgħodu f'Tas Sliema, quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.

Interessanti li l-Pulizija - waqt konferenza -  qalet li dan l-omiċidju ma kienx premeditat, li seħħ mingħajr pjan u li Dembska la kienet fil-mira partikolari hi u lanqas kien fil-mira il-ġeneru tagħha, li jfisser illi l-Pulizija qed tgħid li dan l-omiċidju ma jikkategorizzax bħala femiċidju, jiġifieri omiċidju li jsir fuq il-bażi tal-ġeneru tal-vittma. 

Minkejja dan fil-Qorti llejla bdew ħerġin l-ewwel dettalji xokkanti tal-każ, fosthom mill-Ispettur Jonathan Ransley li spjega kif Dembska kienet stuprata oralment, vaġinalment u b'mod anali wkoll. L-akkużat deher quddiem il-Qorti liebes ġakketta blu u t-shirt abjad, bl-avukat tiegħu Mario Mifsud ħdejh. Preżenti fl-Awla kien hemm ukoll ommu li dehret fi stat ta' uġigħ emozzjonali kbir. 

Il-Pulizija - iktar kmieni waqt il-konferenza -  qalet li l-qraba kienu mgħejjuna permezz tal-Victim Support Unit tal-Pulizija. 

Id-Deputat Kummissarju Ramon Mercieca - li wkoll tkellem waqt din il-konferenza - appella biex kull persuna li tiffaċċja fastidju, żgħir kemm huwa żgħir, tirrapporta sabiex b'hekk ċerti reati ma jseħħux.

'L-istqarrija li mhux femiċidju ma tagħmilx sens' - Moviment Graffitti

Intant b’referenza għall-Konferenza Stampa li taw il-Pulizija l-Moviment Graffitti sostnew li f’soċjetà fejn il-maġġoranza assoluta tal-vittmi ta’ stupru huma nisa u fejn in-numru ta’ nisa maqtulin mill-irġiel qiegħed dejjem jikber, "ma tagħmilx sens li tiċħad li hemm rabta bejn il-qtil u l-fatt li l-vittma kienet mara, maqtula minn raġel, appuntu għax kienet mara." 

Il-Moviment Graffitti qal li l-kelliem tal-Pulizija fil-fatt ikkontradixxa din id-dikjarazzjoni hu stess meta qal li l-allegat qattiel se jkun ukoll mixli bi stupru. "Ħareġ ukoll li l-allegat qattiel u stupratur għandu sensiela ta’ każijiet fejn fil-passat ta fastidju sesswali lil nisa oħrajn," 

 

More in Qrati u Pulizija