Mara tinqabad b'żewġ kilo kokaina b'valur ta' kważi €260,000 fi triqtha lejn Malta

Il-mara se titressaq il-Qorti fil-ħin li ġejj

Kmieni lbieraħ filgħodu, il-Pulizija arrestat Olandiża ta' 44 sena mal-wasla tagħha minn Brussel. Il-Pulizija tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga, kellha xi informazzjoni fuq il-passiġġiera u li x'aktarx kienet fil-pussess tad-droga. Wara li saret tfittxija fuqha fil-pussess tagħha nstabu ftit aktar minn żewġ kilos droga suspettata kokaina, b'valur ta' kważi €260,000. 

Il-mara ġiet skortata lejn il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana għall-aktar stħarriġ. Dwar dan il-każ infetħet inkejsta Maġisterjali mmexxijja mill-Maġistrat Charmaine Galea, li ħatret diversi esperti. Il-mara se titressaq il-Qorti fil-ħin li ġejj.

More in Qrati u Pulizija