Eks pulizija akkużat li mar fuq xena ta' serqa u spiċċa stupra lill-vittma jingħata l-ħelsien mill-arrest

Huwa kien ordnat iħallas depożitu ta' €5,000 u garanzija personali ta' €5,000 ukoll

Eks Pulizija li kien arrestat fuq akkużi ta' stupru f'April li għadda ingħata l-ħelsien mill-arrest dalgħodu fuq depożitu ta' €5,000 u garanzija personali ta' €5,000 wkoll. Huwa jrid ikun dar wara ċertu ħin u ma jistax idejjaq lill-vittma. 

L-eks Pulizija jinsab akkużat bi stupru, atti sesswali mhux konsenswali u li ħa fimati ta' dan l-inkontru sesswali u li kkommetta tali reat waqt li kien qed jaqdi dmirijietu ta' pulizija li suppost ifisser li kellu jipprevjeni milli jsir dan ir-reat. 

Il-Prosekuzzjoni kienet qalet illi l-eks membru tal-Korp kien imsejjaħ fid-dar tal-vittma fil-Qawra biex jinvestiga serqa u minflok stupra lill-vittma.

L-Ispettur John Spiteri u Michael Vella mexxew il-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Ishmael Psaila mexxa d-difiża. L-avukat Rene Darmanin deher bħala parte civile għall-allegata vittma. 

 

More in Qrati u Pulizija