L-avukat Arthur Azzopardi b'libell wara storja li timplikah bħala l-mandant tal-qtil ta' Caruana Galizia

Simon Mercieca ippubblika storja li fuqha qal li l-avukat Azzopardi - li għal xi żmien kien l-avukat tal-Koħħu - u Darren Debono kienu l-imħuħ wara l-qtil tal-ġurnalista

L-avukat Arthur Azzopardi
L-avukat Arthur Azzopardi

L-avukat Arthur Azzopardi fetaħ libell kontra Simon Mercieca fuq artiku li kien ipubblikat minn Mercieca u li fih dan qal li l-avukat, flimkien ma' Darren Debono, kienu indikati bħala l-imħuħ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. 

Azzopari qal li dan l-artiklu huwa malafamanti u kien ippubblikat "bil-għan li issir ħsara lir-reputazzjoni tiegħi u jinċità lill-pubbliku kontrija," qal Azzopardi.

Azzopardi kien irrapreżenta lil Vince Muscat - magħruf bħala l-Koħħu - sakemm dan kien akkużat b'rabta mal-pjan biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia.  Azzopardi kien imsemmi wkoll mill-avukat William Cushcieri, fejn dan issuġġerixxa illi Azzopardi u individwu ieħor kien offra €300,000 lill-Koħħu biex tinqatel Caruana Galizia - stqarrija li kemm Azzopardi u anke Muscat kienu ċaħdu. 

Minkejja ċ-ċaħda Mercieca - li huwa wkoll lettur l-Università - tella' blogg li fih huwa qal li Azzopardi u Darren Debono kienu indikati bħala l-imħuħ wara l-assassinju. 
 

More in Qrati u Pulizija