Tisraq €5,000 f'ġojjelerija fl-aħħar ġurnata tagħha ta' xogħol f'residenza

Il-mara ta' 43 sena ġiet arrestata fl-aħħar sigħat

Mara ta’ 43 sena ġiet arrestata mill-pulizija b’rabta ma’ allegat serqa ta’ ġojjellerija minn residenza f’Raħal Ġdid.

L-investigazzjonijiet mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Maġġuri, flimkien mal-pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid juru li l-mara kienet għamlet xi żmien impjegata f’dik id-dar.

Hija allegatament wetqet is-serqa tal-ġojjellerija, li tammonta għal aktar minn €5,000, fl-aħħar ġurnata xogħol tagħha f'din ir-residenza, lejn l-aħħar t'Ottubru.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il- Maġistrat Dr Rachel Montebello LL.D.

More in Qrati u Pulizija