Yorgen Fenech pprova jixtri armi minn siti illegali kienet infurmata l-pulizija Maltija

Fenech kellu jirċievi dawn l-armi fl-appartament tiegħu f'Portomaso

Yorgen Fenech
Yorgen Fenech

Waqt ix-xhieda tiegħu dalgħodu l-Kap tal-Unit kontra t-Terroriżmu s-Supretendent George Cremona  - waqt l-inkjesta pubblika li qed tinvestiga l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia -   qal li kien hu illi beda l-kuntatti mal-FBI.  "Kienet l-inizzjattiva personali tiegħi li ndaħħlu lill-Amerikani għaliex huma għandhom ir-riżorsa.  L-ewwel organizzazzjoni li kellimt kienu lill-FBI u l-Kummissarju tal-Pulizija (dak iż-żmien) Lawrence Cutajar tani l-permess u talab lill-ambaxxata Amerikana għall-assistenza."

Fix-xhieda tiegħu Cremona qal ukoll li l-Gvern Amerikan kien ġibidlu l-attenzjoni li Yorgen Fenech kien ipprova jixtri revolver u munizzjon minn sit illegali wżat mill-kriminali u li jismu Berlusconi.  L-indirizz li għadda Fenech kien tal-appartament f'Portomaso f'isem missieru, George Fenech. 

L-oġġetti li xtara ma setgħux jitwasslu hekk kif il-Guardia Di Finanza niżżlet is-sit, f'operazzjoni illi fiha għalqet diversi stazzjonijiet sigrieti u illegali fl-Italja u l-Olanda. 

More in Qrati u Pulizija