Jitolbu kumpens sentejn wara li binhom ħaraq siequ waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

L-inċident kien seħħ fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta meta ż-żagħżugħ rifes fjakkola

Il-ġenituri ta’ żagħżugħ Malta ta’ 15-il sena, li sofra ħruq serju f’siequ waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt Valletta, sentejn ilu, talbu lill-knisja u lill-awtoritajiet Beltin biex jieħdu responsabbilità ta’ din l-inċident.

It-tifel kien rifes fjakkola li kienu tpoġġew fit-toroq biex iżidu mal-atmosfera tal-purċissjoni u sofra ħruq serju f’siequ. Minn Marzu tal-2018, il-familja tiegħu kienu qed jitolbu lill-entitatajiet li jorganizzaw il-purċissjoni biex iħallsu għad-danni.

Missier it-tifel qed jisħaq li anke jekk għaddew sentejn, iż-żagħżugħ għadu muġugħ, speċjament meta jilbes qalziet jew inkella jeans għax jaħbtu mal-ferita.

Il-ġenituri għamlu din it-talba quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, kontra l-Arċikonfraternità tas-Santissimu Kurċifiss, il-Provinċjal tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, l-Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, l-Arċisqof ta’ Malta, il-Valletta Cultural Agency, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat.

Il-ġenituri qed jitolbu lill-Qorti tiddikjara min għandu jerfa’ r-responsabbilità għal dan l-inċident u qed jitolbu kumpens.

More in Qrati u Pulizija