'Atti kodardi fuq nies vulnerabbli' - Tnejn minn nies ħatja li serqu ħames anzjani

Żewġt aħwa jispiċċaw ħażin wara li serqu biex ikunu jistgħu jsostnu l-vizzju

Żewġt aħwa li ammettew il-ħtija tagħhom ta' serq minn ħames anzjani ingħataw pieni ta' ħabs. Wieħed minnhom ingħata piena ħabs ta' 54 xahar u mmultat €116 u l-ieħor ingħata piena ta' 38 xahar priġunerija. 

Il-Maġistrat Frendo Dimech qalet illi filwaqt li tieħu nota tal-ammissjoni ta' ħtija sostniet illi dawn huma "atti kodardi fuq l-aktar nies vulnerabbli li ftit li xejn jistgħu jirreżistu." It-tnejn serqu sabiex isostnu l-vizzju tad-droga.

F'każ minnhom wieħed mill-ħatja kien diġa' riċediv. It-tnejn li huma instabu ħatja ta' serq aggravat bi vjolenza fuq persuni ta' 'l fuq minn 60 sena. 

Il-Qorti ordnat ukoll li dawn ma jersqux lejn il-vittmi għal tliet snin. 

More in Qrati u Pulizija